Ir-Reiki Network hi assoċjazzjoni internazzjonali ta’ Reiki Master professjonali.
Imwaqqfa fl-1990, min dak iż-żmien ir-Reiki Network dejjem baqgħet tikber u tiżviluppa. Illum hemm 85
membri li jgħallmu r-Reiki fi 15 il-pajjiż madwar id-dinja.
Ara l-astratt ta’
l-Istorja tar-Reiki Network
L-għan ta’ din il-federazzjoni hu li tiżgura li t-tagħlim hu ta’ l-ogħla livelli possibli, li jkun kompatibbli madwar id-dinja, sa u jinkludi l-livell ta’ Reiki Master Teacher.
Għal nies interessati fir-Reiki, ir-Reiki Network joffri ħafna vantaġġi:
- Jingħataw lezzjonijiet pubbliċi.
- “Tkun taf x’ser tieħu”
Sforz l-affiljazzjoni tagħhom, il-gradwati jistgħu jirrakomandaw Reiki Master ieħor fin-Network, moħħhom mistrieħ li l-Master kien imħarreġ sewwa, li t-tagħlim tiegħu hu bbażat sew, simili u compatibli mat-tagħlim tal-membri tar-Reiki Network.
- “Kulħadd jista’ juża r-Reiki, meta jrid.”
Kull Reiki Master fi ħdan in-network jadotta l-istil u l-idejat ta’ tagħlim tiegħu. Fl-istess waqt l-oriġini, il-kulturi u l-attitudni tal-parteċipanti fil-klassi huma onorati u kkunsidrati.
- “Mhux neċessarju li tirrepeti.”
Imma kull min irid jista’! Il-gradwati jistgħu jirrepetu s-seminars u jew iħallsu miżata simbolika jew b’xejn (l-attivazzjonijiet ma jerġgħux jingħataw).
Il-membri tar-Reiki Network jinsabu b’ħafna pajjiżi, jgħallmu f’ħafna lingwi. Sabiex iħeġġu dan l-aspett internazzjonali, l-organizazzjoni tinkoraġġixxi li l-komunikazzjonijiet interni u esterni jiġu tradotti fil-lingwi relevanti. Aktar minn hekk, l-istruttura ta’ fergħat reġjonali tiffaċilita n-networking fost il-membri li jħaddnu l-istess lingwa.
Jekk inti interessat li tattendi r-Reiki 1 jew Reiki 2 seminar ma’ xi membru tar-Reiki Network, inti tista’ tara x’korsijiet hemm skedati fil-viżinanzi tiegħek, jew forsi tippreferi l-ewwel issib xi Reiki Master lokali u wara tagħmel kuntatt miegħu.
Ara korsijiet skedati
Sib Reiki Master
Jekk inti interessat li titħarreġ bħala Reiki Master fi ħdan ir-Reiki Network, tista’ ssib aktar informazzjoni hawn.
Kif issir Reiki Master
Jekk inti diga’ Reiki Master u interessat li tissieħeb mar-Reiki Network,
tkun trid tikkunsidra jekk inti lest li ġġib it-tagħlim fuq il-livelli tar-Reiki Network. Dan jiddependi fuq it-taħriġ li rċevejt, din tista’ tfisser li tirċievi taħriġ sostanzjali.
Aqra’ aktar dwar kif issir membru
Issieħeb mar-Reiki Network
Jekk għandek xi mistoqsijiet fuq ir-Reiki Network jew tixtieq tikkuntattjana, jekk jogħġbok ikkuntattja membru tal-Kumitat.
|