THE REIKI NETWORK (TM)
THE REIKI NETWORKTM
R e i k i ,   p u r a   u   s e m p l i c i

Il-Proċess sabiex Tilħaq Reiki Master


... hi qabża kbira fl-iżvilupp personali tiegħek
... u l-abilita li tgħin lill-oħrajn jgħinu  lilhom infushom

 
Li tilħaq Reiki Master tagħtik l-opportunita li tgħallem ir-Reiki lil nies oħra u tattivahom għal din l-enerġija sabiħa. Fir-Reiki Network, aħna nemmnu li r-Reiki għandu potenzjal qawwi li jgħin lin-nies f’ħajjithom. Aħna rridu li r-Reiki Masters ikunu mill-aktar effettivi sabiex jgħaddu dan ir-rigal. Aktar minn hekk, it-taħriġ sabiex tilħaq Reiki Master jagħti opportunita għal tkabbir profond personali fit-trainee. Għal dawn ir-raġunijiet, ir-Reiki Network tagħmel emfasi qawwija fuq it-taħriġ tar-Reiki Masters. Jekk tħossok interessat li tilħaq Reiki Master, nistiednek tkompli taqra ...
 

Sib id-deċiżjoni

Jekk inti ġdid għar-Reiki, trid l-ewwel titgħallem iż-żewġ livelli, preferibilment bejn madwar xahrejn u erba’ xhur bejniethom. Dan sabiex takkwista kemm jista’ jkun esperjenza kif tuża’ r-Reiki fuqek u fuq oħrajn. Wara tkun lest li tieħu deċiżjoni li ssir Reiki Master.
Għal aktar informazzjoni, aqra     link Il-Livelli tar-Reiki
 
Fir-Reiki Network, kull min ikun interessat li jilħaq Reiki Master jiġi intervistat, sabiex jiġi assikurat li dawn ħadu d-deċiżjoni b’ċerta kunsiderazzjoni.
 
It-Tielet Livell (Livell ta’ Master) hu mgħallem minn Reiki Masters bl-aktar esperjenza, magħrufin bħala Reiki Master Teachers. Minħabba l-intensita’ u l-profondita fil-proċess sabiex wieħed jilħaq Reiki Master, hu essenzjali li ssib Reiki Master Teacher li jkollok ċerta affinita’ miegħu/magħha.
 
Tista’ ssib lista tar-Reiki Master Teachers minn fost
  link il-Membri tar-Reiki Network
 
Jekk it-taħriġ tiegħek għal Reiki 1 u 2 sar ma’ Reiki Master li mhux fir-Reiki Network, ikun meħtieġ li tipparteċipa f’korsijiet ta’ xi Membru tar-Reiki Network. Dan sabiex jiġi assigurat li t-tagħlim tiegħek f’dawn il-livelli tar-Reiki hu kompatibbli ma’ dak mgħallem min-Network.
 
Ir-Reiki Network taqsam it-Tielet Livell fi tlett stadji, li huma msejħa
Reiki 3A, Reiki Master u Reiki Master Teacher.
 

Kemm jieħu żmien u kemm jiswa

Meta tibda t-taħriġ għar-Reiki Master jeħtieġ ċerta dedikazzjoni kemm ta’ ħin, flus u sforz. Għalhekk, trid tkun ċert li inti lest, qabel ma tikkometti li tibda dan il-process.
 
Il-perijodu ta’ taħriġ jieħu mill-anqas sena,u jekk ikun hemm bżonn aktar. Apparti l-aspetti prattiċi ta’ kif tgħallem ir-Reiki, tul dan iż-żmien trid tagħti ċans sabiex isiru tibdiliet fl-enerġija u l-għarfien. Dan jgħinek tassigura li inti lest li tagħti korsijiet u inizjazzjonijiet effettivi u permanenti immedjatament wara l-gradwazzjoni.
L-ispiża minima hi bbażata fuq il-valur ta’ 10,000 Dollaru Amerika fis-sena 2000, li jiżdied skond ir-rata ta’ l-għoli tal-ħajja. (Il-miżata għal Reiki 3A ta’ spiss tkun inkluża fl-ammont)
Jekk trid tara l-miżati tat-taħriġ f’pajjiżek, ara
  link Prezzijiet tas-Seminars u Taħriġ fir-Reiki Network
 
It-tessera tas-Sħubija bħala Membru tar-Reiki Network tinkludi l-miżata għal sentejn mill-bidu tat-taħriġ, li jfisser li jkollok aċċess għall-laqgħat internazzjoni u reġjonali, li taċċessa l-Member Area inkluż il-materjal komplet fuq l-aspetti kollha tat-taħriġ u li tkun Reiki Master.
 
Fil-bidu tat-taħriġ għar-Reiki Master, inti tirċievi l-Manwal tar-Reiki Network, li jinkludi informazzjoni kompleta fuq it-tagħlim tar-Reiki.
 Bħala student, inti mistenni li tissodisfa lir-Reiki Master Teacher li tista’ tgħallem l-ewwel u t-tieni livell tar-Reiki, fuq livell li jkun jaqbel ma’ l-istandard ġenerali misjub fir-Reiki Network.
Ir-Reiki Network tħoss li mhux biżżejjed li tħarreġ Reiki Master sabiex jattiva nies għar-Reiki. Aspett ieħor daqstant importanti hu li r-Reiki Master ikun kapaċi jgħaddi għarfien u apprezzament tar-Reiki. Għalhekk aħna neħtieġu li l-istudent jagħti prova lir-Reiki Master Teacher li qed imexxi t-taħriġ, l-abilita’ li jgħaddi dan l-għarfien
Tul il-perijodu ta’ taħriġ, inti mistenni li tlesti mill-anqas tmien assignments (xogħlijiet), li huma spjegati fil-Manwal tat-taħriġ u mfassal sabiex jgħinek tgħallem ir-Reiki. Fl-assignments inti meħtieġ li tippreżenta taħditiet li jkopru l-materjal mgħallem fl-ewwel u t-tieni livell tar-Reiki. It-taħditiet jistgħu jiġu ppreżentati kemm f’forma orali li tiġi aċċettata mir-Reiki Master Teacher, jew irrekordjati f’forma awdjoviżiva.
Ir-Reiki Master Teacher tiegħek tagħtik rispons kostruttiv fuq kull xogħol, maħsub sabiex ikattar u jiżviluppa l-ħiliet tiegħek. Jista’ jkun hemm każi fejn ikun meħtieġ tirrepeti xi xogħlijiet sakemm ir-Reiki Master Teacher ikun sodisfatt li lħaqt il-livell meħtieġ mir-Reiki Network.
 
Aktar minn hekk, hemm aspett ieħor anqas konkret, li jikkonċerna l-iżvilupp personali tiegħek. Bosta trainees jesperjenzaw tibdil drammatiku fl-għarfien u l-atteġġjament tagħhom waqt li l-proċess jimxi ‘l quddiem. Xi diffikultajiet personali u sitwazzjonijiet oħra jistgħu jitilgħu fil-wiċċ waqt li l-istudent jaħkem it-teknika ta’ master bix-jagħraf jiffaċċahom. Dan kollu hu parti ċentrali fil-mod kif tilħaq Reiki Master, kif trid ir-Reiki Network.
 

Il-Pass ta’ Reiki Master Teacher

Wara sentejn jew iżjed li tgħallem ir-Reiki 1 u 2, u  l-studenti jigu ispirati li jkomplu sat-Tielet Livell, ir-Reiki Master ikun lest li jilħaq Reiki Master Teacher. Hemm linji gwida ċari fuq xi bżonnijiet iridu jintlaħqu.
Bħala Reiki Master Teacher, inti lest tħarreġ aktar nies f’kull pass tat-Tielet livell.
Għalkemm it-taħriġ tar-Reiki jasal fit-tmiem bil-gradwazzjoni tar-Reiki Master Teacher, bl-ebda mod ma jfisser li tkun lestejt il-vjaġġ bir-Reiki. Permezz tat-teknika mgħallma fil-livell ta’ master, l-uzu tar-Reiki jista’ jiġi użat kompletament.